Bejn id-19 u s-26 ta’ Awwissu 2026, grupp ta’ 24 membru ħadu sehem f’pellegrinaġġ fuq il-passi ta’ San Franġisk ta’ Assisi, fl-okkażjoni tat-800 sena minn mewtu.
Matul dawn il-jiem, il-parteċipanti żaru Assisi, San Damiano, l-Eremo delle Carceri, La Verna, Gubbio, Greccio u Fonte Colombo, kif ukoll postijiet oħra ta’ interess reliġjuż u kulturali. F’kull post kellhom l-opportunità jiskopru aktar mill-qrib il-ħajja u l-ispiritwalità ta’ San Franġisk.
Kienu jiem li fihom għaqqdu flimkien it-talb, ir riflessjoni, il-komunjoni, il-kultura u mumenti ta’ mistrieħ, filwaqt li rriflettew fuq il-messaġġ Franġiskan ta’ sempliċità, paċi, fraternità u mħabba lejn Alla u l-ħolqien tiegħu.


