Wara ġimgħat ta’ rinovament, il-Kappella ta’ Sidtna Marija tal-Madonna tal-Medalja Mirakoluża, l-Blata l-Bajda, reġgħet ġiet miftuħa għall-pubbliku nhar is-Sibt 7 ta’ Ġunju 2025. Il-kappella tinsab biswit id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, MUSEUM. Id-disinn u l-arkitettura tal-kappella toffri espressjoni ħajja tal-fidi.
Fil-kappella wieħed isib il-fdalijiet tal-Fundatur tas-Soċetà San Ġorġ Preca kif ukoll tal-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Eugenio Borg. L-ambjent ta’ paċi, id-dekorazzjoni u l-kuluri, kollha jgħinnu biex wieħed iħossu fil-preżenza tas-Sinjur Alla. Fuq ix-xellug tal-kappella, wieħed isib daħla żgħira li twassal għall-kappella ċkejkna tas-Santissimu Sagrament fejn wieħed ikun waħdu ma’ Dak li hu waħdu.
Il-ħinijiet tal-ftuħ
Għal talb privat:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07.00am – 11.00am u 05.00pm – 06.30pm
Is-Sibt: 09.00am – 11.00am
Quddies:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07.30am
Is-Sibt: 06.00pm
Il-Ħadd: 08.00am
Festi pubbliċi tiftaħ biss għall-quddiesa.