Fr Carlos Miguel Ponce Soto, kappillan tal-parroċċa ta’ Ancón, distrett kostali fit-tramuntana ta’ Lima, il-Perù, żar is-Soċjetà f’Malta matul tmiem il-ġimgħa it-8 u l-10 ta’ Awwissu 2025. Bħala ħabib tal-membri tal-qasam ta’ Puente Piedra, u wara li qabel żar l-istess qasam, Fr Carlos kien ħerqan li jsir jaf aktar lis-Soċjetà permezz ta’ din iż-żjara qasira.
Matul iż-żjara tiegħu, Fr Carlos żar il-qasam tan-Naxxar is-Sibt filgħaxija, fejn iltaqa’ mal-adolexxenti, iż-żgħażagħ, u l-membri. Huwa ħa sehem ma’ dawk preżenti f’laqgħa Bibblika u wara esperjenza ikla tipika Maltija.
Il-Ħadd filgħodu, Fr Carlos żar id-Dar Ġenerali tas-Soċjetà, il-Blata l-Bajda, u kellu l-opportunità li jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża.
Huwa ħa l-opportunità li jżur ukoll siti ewlenin fir-Rabat marbutin mal-bidu tal-komunità nisranija fil-gżejjer Maltin.
Fr Carlos esprima l-gratitudni tiegħu għal din iż-żjara u jqis il-vokazzjoni Museumina bħala xhieda ħajja tal-ferħ tal-Evanġelju fid-dinja.


