Matul il-ġurnata tal-Ħadd 27 ta’ April 2025 ġiet organizzat il-Festival de la Comunión li jsir kull sena fid-Djoċesi ta’ Lurin. Il-parroċċi kollha tad-djoċesi jinġabru biex jiċċelebraw l-għaqda u biex bħala komunità jkomplu jsaħħu lill-xulxin. Il-qasam ta’ Lurin ħa sehem permezz ta’ stand illi minnha kien għall-bejgħ kotba u oġġetti reliġjużi. Il-flus li jinġabru minn dan il-festival imorru għall-bżonnijiet tad-djoċesi u tal-parroċċi tagħha.
Matul il-ġurnata kien hemm preżenti mal-50,000 persuna. Il-preżenza numeruża taż-żgħażagħ ħolqot atmosfera sabiħa. Ġiet iċċelebrata quddiesa u kien hemm ukoll ħin għall-ikel u ta’ soċjalizazzjoni. Ħafna kienu dawk li wrew interess biex isiru jafu lill-Fundatur San Ġorġ Preca u lis-Soċjetà u nbiegħu numru sabiħa ta’ kotba. Il-Festival de la Comunión iservi ta’ opportunità biex aktar nies isiru jafu lis-Soċjetà.