Il-Ħadd, 19 ta’ April 2026, fid-Djoċesi ta’ Lurín, sar il-festival annwali Festival de la Comunión. Il-parroċċi u l-komunitajiet kollha tad-djoċesi, inġabru flimkien biex jiċċelebraw l-għaqda u jsaħħu s-sens ta’ komunità ta’ bejniethom. Il-qasam ta’ Lurín ħa sehem billi ħejja stand minn fejn kien hemm kotba u oġġetti reliġjużi għall-bejgħ.
Matul l-attività kienet iċċelebrata Quddiesa mill-Isqof Carlos Enrique García Camader, President tal-Konferenza Episkopali Peruvjana, f’atmosfera ferriħija fil-preżenza taż-żgħażagħ.
Il-membri qassmu fuljetti dwar il-Fundatur, San Ġorġ Preca, u dwar is-Soċjetà, b’enfasi partikolari fuq l-appostolat u l-attivitajiet li jorganizza l-qasam ta’ Lurín. Dan jgħin biex is-Soċjetà ssir magħruf aħjar u jinħolqu kuntatti ġodda.


