Festa ta’ San Ġużepp (Malta)
19 March, 2026
Il-membri u l-kandidati kollha tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex iċċelebraw il-Festa ta’ San Ġużepp billi qattgħu ġurnata flimkien il-Kalkara. L-attività bdiet bil-Quddiesa, iċċelebrata mill-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp, Mons. Nicholas Pace.
Wara waqfa qasira fil-qasam tal-Kalkara, dawk preżenti ħadu sehem f’ċelebrazzjoni riflessiva u fi spirtu ta’ talb fil-knisja parrokkjali.
Wara dan, il-membri u l-kandidati mxew mixja mill-Kalkara, Xgħajra u Ħaż-Żabbar, li waslithom sal-qasam ta’ Ħaż-Żabbar, fejn kielu flimkien.
Fil-kappella tal-qasam saret it-talba tar-Rużarju u wara kien hemm ħin informali flimkien u logħob tal-ballun.

Ċelebrazzjoni tar-Randan għaż-Żgħażagħ (Malta)