Bejn il-Ħamis 26 u s-Sibt 28 ta’ Frar 2026 ġew organizzati l-Eżerċizzi tar-Randan għall-Aspiranti u l-Magħżulin 2 sena (Yr 9-11) li jattendu fl-oqsma ta’ Malta u Għawdex. It-tema magħżula kienet Fejn hi Qalbek?
Tlett membri qasmu ma’ dawn l-adolexxenti riflessjonijiet mibnija fuq it-talba tal-5.00pm mill-Arloġġ ta’ Talb tal-Magħżulin bl-isem Nitlob biex insir Magħżul għal Qalb Ġesù. F’din it-talba, wieħed jitlob biex permezz ta’ Ġesù ikollu l-qawwa li jattendi l-qasam għall-formazzjoni b’mod regolari, isir jixbaħ lil Ġesù fl-umiltà u l-manswetudni, jgħożż il-ħbiberija ma’ sħabu tal-qasam filwaqt li jħeġġeġ oħrajn biex jattendu l-MUSEUM.
Il-laqgħat f’Malta saru fl-Iskola St Michael, filwaqt li f’Għawdex, fl-istess ġranet, saru fl-oqsma tal-Qala, in-Nadur u x-Xewkija.
Nirringrazzjaw lis-Sinjur Alla tal-grazzji li għoġbu jitfa’ fuq dawk kollha li attendew kemm permezz tal-kelma li twasslet lil dawk preżenti, kif ukoll permezz tas-Sagrament tal-Qrar, li kien provdut matul il-laqgħat.


