Numru sabiħ ta’ Magħżulin II, flimkien mal-Aspiranti ta’ Malta u Għawdex, inġabru flimkien fiċ-Ċentru tal-Konferenzi DĦS nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju 2025 biex jaqsmu flimkien l-esperjenzi tagħhom tal-pellegrinaġġ li numru minnhom għamlu f’Ruma marbut mal-Ġublew tat-Tama. Madwar 73 adolexxent kienu ħadu sehem fil-Ġublew tal-Adolexxenti bejn l-24-28 ta’ April 2025.
Wara filmat li kien jiġbor fih il-mumenti ewlenin ta’ dawn il-jiem, 15-il adolexxent qassmu ma’ sħabhom kif l-esperjenzi tagħhom tal-ġublew għenuhom ikomplu jikbru u jissaħħu fil-fidi. Is-Superjur Ġenerali għalaq din l-attività b’riflessjoni dwar kemm hu sabiħ li wieħed jaqsam bil-ferħ u bl-imħabba dak li jkun irċieva mal-oħrajn. Dawk preżenti kellhom ħin biex jieklu flimkien u ħin ta’ logħob fl-Iskola St Michael.
