Bejn it-30 ta’ Lulju u l-20 ta’ Awwissu 2026, grupp ta’ ħames kandidati u żewġ membri Malti ħadu sehem f’esperjenza missjunarja ta’ tliet ġimgħat fil-qasam ta’ Ruiru, il-Kenja. Il-ħames kandidati, li bħalissa jinsabu fl-aħħar fażi tal-mixja tagħhom ta’ formazzjoni u dixxerniment, kellhom l-opportunità li jgħixu l-vokazzjoni u l-missjoni tas-Soċjetà f’kuntest kulturali u pastorali differenti.
Għal diversi jiem, it-tfal u l-adolexxenti nġabru fil-qasam filgħodu għal programm varjat ta’ attivitajiet li ħejjew il-kandidati li kien kienu jinkludu drama, kant, żfin, krafts u logħob. Dawn l-attivitajiet offrewlhom opportunitajiet ta’ tagħlim, ħbiberija u mumenti sbieħ flimkien.
Tul iż-żjara, il-kandidati komplew iqattgħu ħin mat-tfal u l-adolexxenti filgħaxija, fejn ħejjew u mexxew laqgħat ta’ formazzjoni, kif ukoll ingħaqdu mal-membri u l-kandidati tal-qasam ta’ Ruiru għal-laqgħa ta’ formazzjoni li ssir ta’ kuljum. Huma ħadu sehem ukoll fl-appostolat fl-outstation ta’ Kiratina, fejn il-membri ta’ Ruiru jgħinu fil-formazzjoni kateketika kull nhar ta’ Ħadd filgħodu.
Matul dawn it-tliet ġimgħat, il-kandidati għexu flimkien bħala komunità, jaqsmu l-ħajja u l-attivitajiet ta’ kuljum fir-residenza, filwaqt li sabu wkoll ħin għar-rikreazzjoni, riflessjoni u talb. Din kienet opportunità siewja għalihom biex japprofondixxu l-esperjenza tagħhom ta’ fraternità, servizz u ħajja missjunarja.
Irroddu ħajr lil Alla għal din l-esperjenza missjunarja li tant swiet ta’ ġid u saħħet ir-rabtiet ta’ fraternità bejn il-grupp Malti u l-komunità tal-qasam ta’ Ruiru. Din l-esperjenza offriet ukoll lill-kandidati Maltin opportunità siewja biex ikomplu japprofondixxu d-dixxerniment tagħhom u jiskopru aktar fil-fond il-vokazzjoni u l-missjoni tas-Soċjetà.


