Nhar il-Ħadd 21 ta’ Dicembru 2025, l-aħħar Ħadd tal-Avvent, il-membri u l-kandidati tal-qasam ta’ Ruiru organizzaw id-demostrazzjoni tal-Bambin fit-toroq ta’ Ruiru. It-tfal, iż-żgħażagħ, il-ġenituri u l-Grupp Ħbieb ta’ San Ġorġ Preca ħarġu bil-Bambin u kantaw innijiet tal-Milied u qraw siltiet mill-Evanġelju.
Din kienet dimostrazzjoni ferriħija li filwaqt li wriet il-kobor tal-misteru tal-inkarnazzjoni, li Alla sar bniedem, wriet ukoll li Alla iċċekken u sar tarbija biex kull bniedem iħossu komdu jersaq lejh u jħallih iħobbu.
Nitolbu għal dawk kollha li kienu preżenti fit-toroq u raw din id-dimostrazzjoni tal-Bambin biek ikollhom il-grazzja li jagħrfu l-imħabba kbira li Alla għandu għalihom.

