Dimostrazzjoni ta’ Ġesù Bambin
(Valletta Waterfront)
11 December, 2025
Nhar it-Tlieta 9 ta’ Diċembru 2025, it-tfal u ż-żgħażagħ tal-qasam ta’ Birżebbuġa, flimkien mal-ġenituri tagħhom, inġabbru flimkien fil-Valletta Waterfront sabiex jagħmlu d-demostrazzjoni ta’ Ġesu Bambin. Huma mxew tul il-waterfront bix-xbieha ta’ Ġesù Bambin waqt li kantaw innijiet tal-Milied u nqraw xi poeżiji. Tqassmet ukoll tifkira b’talba lil Ġesu bambin lill-pubbliku preżenti. Din id-dimostrazzjoni ħolqot atmosfera ta’ ferħ li jaf jagħti biss Ġesù Bambin.
Wara d-demostrazzjoni dawk preżenti qasmu l-awguri għall-Milied qaddis u sena ġdida mimlija barka.
Laqgħa tal-Milied għaż-Żgħażagħ SDC (Malta)