Id-demostrazzjoni tal-Bambin f’Lurin, il-Peru, saret it-Tlieta 23 ta’ Diċembru 2025. It-tfal u ż-żgħażagħ, flimkien mal-ġenituri u persuni oħra, inġabru fil-qasam ta’ Lurin minn fejn bdiet id-demostrazzjoni li daret madwar it-toroq ta’ Lurin b’kant ta’ innijiet tal-Milied.
Id-demostrazzjoni kellha seba’ waqfiet, għand familji jew postijiet fejn ikun hemm nies miġbura, fejn inqraw siltiet mill-Evanġelju, riflessjonijiet ta’ San Ġorġ Preca, u talb.
Hija drawwa li f’Lurin, il-Bambin ma jinġarrx fuq bradella imma jinġarr fuq l-idejn minn xi membru tal-familja li d-demostrazzjoni tieqaf quddiemhom.
Id-demostrazzjoni tispiċċa fil-qasam fejn ikun hemm poeżiji u drama tal-Milied. Wara it-tfal u l-adolexxenti jirċievu l-premju tal-Milied mill-membri tal-qasam.
B’mod simili, nhar il-Ħadd 21 ta’ Diċembru, saret id-demostrazzjoni f’Manchay, fejn il-membri tal-qasam ta’ Lurin qed iżur b’mod regolari biex jgħinu lit-tfal fil-formazzjoni tagħhom għat-tħejjija tas-sagramenti.

