Fit-58 anniversarju mill-mewt tal-Ewwel Superjur Ġenerali, il-qaddej t’Alla, Eugenio Borg, il-membri u l-kandidati ta’ Malta u Għawdex iltagqħu għal-laqgħa informattiva u riċerkata dwar Eugenio Borg bit-titlu Dawl fuq Eugenio Borg mill-ittri tiegħu. Il-laqgħa saret nhar l-Erbgħa 12 ta’ Marzu 2025 fl-Awidtorju, il-Blata l-Bajda.
Is-Segretarju Ġenerali, wera li minn dak li kiteb Eugenio Borg, partikolarment fil-korrispondenza tiegħu, nistgħu nieħdu dawl biex insiru nafu aktar fuq il-ħajja spiritwali tiegħu, l-virtujiet li kien jgħix, u d-devozzjoni tiegħu lejn l-Ewkaristija u lejn il-Verġni Mbierka. Inkomplu nitolbu lil Eugenio Borg biex jidħol għas-Soċjetà Museumina u nitolbuh jgħinna nimtlew aktar bil-ħeġġa biex ngħinu lill-oħrajn iħobbu iżjed lil Ġesù.