Ċerimonja tal-Magħżulin f’Ruiru (Kenja)
21 August, 2023
Il-Ħadd 20 ta’ Awwissu, grupp ta’ 15-il żagħżugħ ġew milqugħa bħala Magħżulin waqt ċerimonja li saret fil-Qasam. Għal din l-okkażjoni speċjali ingħaqdu diversi persuni, fosthom ġenituri, il-grupp Friends of St George Preca, membri ta’ kongregazzjonijiet reliġjużi u l-Kandidati Maltin.
Waqt it-taħdita għall-okkażjoni, Daniel Micallef, id-Direttur tal-Kandidati qasam riflessjonijiet dwar id-dixxipulat fis-Soċejtà. Wara kollha kellhom ħin biex jitħalltu flimkien f’atmosfera ta’ ħbiberija.