Għall-grazzja t’Alla, il-Ħadd 7 ta’ Ġunju 2026, saret iċ-Ċerimonja ta’ Sħubija fejn tletin koperatur saru membri sħaħ tal-Fergħa tal-Koperaturi. Is-Superjur Ġenerali qasam riflessjoni dwar il-virtù sabiħa tal-manswetudni li għandha tispikka fil-ħajja ta’ kull koperatur, id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u lejn Ommna Marija Santissma.
Il-koperaturi li rċevew iċ-ċerimonja ingħataw il-ktieb tat-talb tagħhom flimkien mad-Direttorju tal-Koperaturi li joffri linji gwida ta’ kif għandhom jgħixu l-ispiritwalità Museumina.
Is-Superjur tal-Fergħa ħeġġeġ lill-koperaturi biex ikomplu jagħmlu ħilithom kollha biex jattendu l-laqgħa ta’ formazzjoni li jsiru b’mod regolari kull ġimgħa għax permezz ta’ dawn il-laqgħat wieħed jikber fil-ħajja tiegħu u jagħti sapport lil sħabu.
Fl-aħħar taċ-ċerimonja ir-Rettur tal-Fergħa, Carmel Cauchi, irringrazzja lil dawk kollha preżenti u irringrazzja lis-Sinjur Alla għal dawn il-koperaturi ġodda.
Kull min jixtieq jingħaqad ma’ dan il-grupp huwa mħeġġeġ jikkuntattja lil Gaetano Galea (Superjur tal-Fergħa) fuq 79012747 jew inkella lil Paul Borg (Assistent Superjur) fuq 99847330. Segwi l-paġna ta’ Facebook tal-Fergħa tal-Koperaturi ta’ Malta.


