Ċerimonja tal-Kandidati (Malta)
21 March, 2025
Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Marzu 2025, Hayden Diacono irċieva ċ-Ċerimonja tal-Kandidati fil-qasam tal-Fgura/Bormla. Din iċ-ċerimonja timmarka mument sinifikanti fil-ħajja Nisranija tal-kandidat, peress li huwa ippropona li jimpenja ruħu li jżomm ħarstu fissa fuq Ġesù Msallab tul ħajtu kollha. Kandidat fis-Soċjetà Musuemina huwa żagħżugħ li qed jirċievi formazzjoni u jitlob biex jagħraf x’inhi s-sejħa t’Alla fil-ħajja tiegħu. Nitolbu lil Alla għas-Soċjetà, biex jitfa’ fuqha l-grazzja tiegħu billi żżid in-numru ta’ membri li jiddedikaw ħajjithom biex jagħtu xhieda tal-Evanġelju, speċjalment permezz tat-tagħlim.