Iċ-Ċerimonja tal-Kandidati saret fil-qasam tal-Mosta nhar it-Tnejn, 2 ta’ Marzu 2026. Matul iċ-ċerimonja, Rhys John Vella ddikjara quddiem dawk preżenti li se jżomm ħarstu fissa fuq Ġesù Msallab il-jiem kollha ta’ ħajtu.
Adolexxenti u żgħażagħ li jattendu l-qasam, flimkien mal-membri tal-familja tal-kandidat, kienu preżenti għal din l-okkażjoni li tassew fiha tifsira profonda. Id-diskors ewlieni għamlu l-membru Emanuel Catania. Preżenti wkoll kien hemm l-Assistent Superjur Ġenerali u l-Kappillan, Fr Sebastian Caruana, li t-tnejn li huma qasmu messaġġ qasir fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni.
Inżommu lil Rhys fit-talb tagħna, biex jikber f’għarfien tas-sejħa li l-Mulej Ġesù poġġa f’qalbu, u biex dejjem jibqa’ jaqdi b’fedeltà lill-Knisja u lis-Soċjetà. Nitolbu wkoll biex aktar żgħażagħ iwieġbu b’ġenerożità għas-sejħa li l-Mulej jibqa’ jagħmlilhom.


