“Nipproponi li lejn Ġesù Msallab biss inħares il-ġranet kollha ta’ ħajti.” Hekk stqarr Mikael Paul Fenech, żagħżugħ li għamel iċ-Ċerimonja tal-Kandidati nhar il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2025 fil-Qasam ta’ Qormi II (San Ġorġ).
Din iċ-ċerimonja saret fil-preżenza tat-tfal u ż-żgħażagħ li jattendu l-Qasam flimkien mal-ġenituri u l-familjari tal-Kandidat. Id-Direttur tal-Kandidati Daniel Micallef għamel id-diskors tal-okkażjoni. Kienu preżenti wkoll is-Superjur Ġenerali Roberto Zammit u l-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, il-Kanonku Mario Mangion, li fl-aħħar wasslu l-messaġġi tagħhom.
Nitolbu għal Mikael Paul biex jagħraf aktar xi jrid minnu l-Mulej Ġesù u biex ikun dejjem ta’ servizz għall-Knisja. Nitolbu wkoll biex aktar żgħażagħ iwieġbu għas-sejħa li qed jagħmlilhom is-Sinjur Alla!

