Nhar il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu 2026, il-qasam ta’ Ruiru, il-Kenja, iċċelebra ċ-Ċerimonja tal-Kandidati ta’ James Mambo u Moses Njuguna. Matul dawn l-aħħar snin, dawn iż-żewġ żgħażagħ kienu qed isegwu programm ta’ formazzjoni u dixxerniment fi ħdan is-Soċjetà.
Permezz ta’ din iċ-ċerimonja, James u Moses għamlu pass importanti fil-mixja ta’ formazzjoni tagħhom, billi impenjaw ruħhom li jgħixu skont it-tagħlim ta’ Ġesù u li jżommu ħarsithom fissa fuq Ġesù Msallab, l-uniku Mgħallem tal-bnedmin.
Id-Direttur tal-Kandidati tad-Delegazzjoni ta’ Malta, Daniel Micallef, li bħalissa qed iżur il-Qasam ta’ Ruiru flimkien ma’ grupp ta’ kandidati Maltin, qasam riflessjoni dwar it-tifsira ta’ din iċ-ċerimonja u l-importanza li wieħed jibqa’ dixxiplu fidil ta’ Ġesù.
Għal din l-okkażjoni sabiħa u sinifikanti għall-qasam attendew għadd sabiħ ta’ reliġjużi, ġenituri, membri tal-Grupp Ħbieb ta’ San Ġorġ Preca, tfal u adolexxenti.
Irroddu ħajr lil Alla għal dawn iż-żewġ żgħażagħ li esprimew ix-xewqa tagħhom li jżommu ħarsithom fuq Ġesù tul il-jiem kollha ta’ ħajjithom. Jalla l-Mulej ikompli jmexxihom u jqawwihom fil-mixja tagħhom ta’ formazzjoni, dixxipulat u dixxerniment.


