Nhar il-Ħadd, 13 ta’ Lulju, 2025, is-Sinjura Ruth Lasseter ġiet milqugħa uffiċjalment bħala Assoċjata tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (SDC) waqt ċerimonja qasira iżda sinifikanti li saret f’Preca Cottage, South Bend, Indiana. Iċ-ċelebrazzjoni kienet tinkludi talb, innijiet, qari mill-Iskrittura Mqaddsa, u riflessjonijiet spiritwali mill-Fundatur.
Iċ-ċerimonja tmexxiet mis-Segretarju Ġenerali, li qasam riflessjoni dwar il-vokazzjoni u l-missjoni ta’ Assoċjat tal-SDC. Fost dawk preżenti kien hemm il-membri tal-familja ta’ Ruth, ħbieb tagħha u ħbieb tas-Soċjetà, inkluż Fr Arthur Sembajja, kappillan tal-parroċċa ta’ St Anthony de Padua f’South Bend.
Wara ċ-ċerimonja, il-mistiedna nġabru flimkien fi spirtu ta’ fraternità u ċċelebraw l-assoċjazzjoni ta’ Ruth mas-Soċjetà waqt riċeviment zgħir.
Is-Sa Lasseter kellha rwol essenzjali fl-iżvilupp ta’ kuntatti u ħbiberiji li jsaħħu l-preżenza tas-Soċjetà fl-Istati Uniti. Hija tkompli tieħu ħsieb Preca Cottage fejn regolarment torganizza laqgħat u attivitajiet ispirati mill-ispiritwalità Museumina.
