Numru sabiħ ta’ eksmembri attendew għal-laqgħa tal-Milied li saret apposta għalihom nhar it-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2025. It-tema tal-laqgħa, li saret fid-Dar Ġenerali, kienet Bi Mħabba Kbira. Wara li raw feature tal-Milied, is-Segretarju Ġenerali qasam riflessjoni fuq kif kull bniedem huwa mistieden li jħobb lil Alla permezz tal-affarijiet l-aktar sempliċi tal-ħajja. Il-parteċipanti kellhom ukoll l-opportunità li jaqsmu ma’ xulxin esperjenzi mill-ħajja tagħhom li permezz tagħhom juru l-imħabba tagħhom lejn is-Sinjur Alla u lejn l-oħrajn.
Permezz ta’ riflessjoni fuq l-umiltà mill-Iskola ta’ Beltlem, miktuba minn San Ġorġ Preca, huma rriflettew kif fuq l-eżempju ta’ Ġesù Bambin, li ċċekken biex iħobb, aħna mistednin nimxu fuq l-eżempju tiegħu u ngħixu l-virtù sabiħa tal-umiltà.
Wara, il-parteċipanti kellhom ħin soċjali flimkien u qasmu l-awguri tal-Milied.

