Ċelebrazzjoni tal-Għid (Lurin)
02 May, 2025
Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ April 2025, numru sabiħ ta’ membri tal-Grupp San Ġorġ Preca ltaqgħu fil-qasam ta’ Lurin biex flimkien jiċċelebra l-festa tal-Għid il-Kbir. F’atmosfera sabiħa, il-membri rriflettew fuq il-verità li Ġesù hu ħaj u kemm din l-aħbar tajba għandha tnissel fil-qlub tagħna l-ferħ ġenwin li jaf inissel is-Sinjur Alla fil-qalb tagħna. Il-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca juru nteress kbir fit-tagħlim, speċjalment dak mwassal lilna minn San Ġorġ Preca. Fl-aħħar tal-laqgħa il-membri tal-qasam taw il-figolla tal-Għid lil kull min attenda.