Ċelebrazzjoni tal-Għid (Kuba)
28 April, 2025
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Għid fil-qasam ta’ Sagua la Grande saret it-Tnejn, 21 ta’ April 2025, fil-preżenza tat-tfal, l-adoloxxenti u l-ġenituri. Saret rappreżentazzjoni qasira mit-tfal u l-adolexxenti fuq l-istorja tal-qawmien u wara riflessjoni tal-Għid mill-Assistent Superjur Ġenerali. Fi tmiem l-attività, ingħatat il-figolla f’għamla ta’ ħaruf lit-tfal kollha. Dawn il-figolli saru mill-adolexxenti stess li jattendu fil-qasam. L-għada, it-Tlieta, ġiet organizzata ċelebrazzjoni simili għall-membri tal-Grupp San Ġorġ Preca.

Ġublew tal-Adoloxxenti 2025