Il-membri, il-kandidati u l-aspiranti tad-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex, inġabru fil-Knisja Parrokjali ta’ San Ġużepp, il-Qala (Għawdex), nhar it-Tlieta 30 ta’ Diċembru 2025 biex jiċċelebraw u jirringrazzjaw lis-Sinjur Alla għall-grazzja sabiħa tal-ħames membri ġodda li inkorporaw is-Sibt 27 ta’ Diċembru.
Mons. Lawrence Sciberras, l-Assistent Ekkleżjastiku għad-Djoċesi ta’ Għawdex, iċċelebra Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr, fejn il-ġenituri tal-membri ġodda kienu wkoll preżenti. Huwa saħaq kemm għandna għax nirringrazzjaw lil Alla tal-ġid kbir li jsir permezz tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija.
Wara waqfa fil-qasam tal-Qala, kulħadd reġa’ nġabar fil-knisja għal ċelebrazzjoni li nkludiet riflessjonijiet u talb fuq il-Vokazzjoni Museumina u diskorsi qosra mill-membri il-ġodda stess.
Is-Superjur Ġenerali ikkonkluda bid-diskors tiegħu tal-okkażjoni. Huwa ħeġġeġ biex inkomplu nikbru fid-devozzjoni lejn San Ġużepp, speċjalment fl-għixien tal-virtù tas-silenzju, u lejn Eugenio Borg, l-ewwel Superjur Ġenerali.
Wara l-oqsma kellhom kellhom l-opportunità li jqattgħu ħin liberu flimkien fil-kumplament tal-ġurnata.

