Ċelebrazzjoni fil-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù
30 June, 2025
Il-Grupp San Ġorġ Preca (Malta) iċċelebra l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2025 fl-Awditorju, il-Blata l-Bajda. Il-laqgħa bdiet b’feature dwar l-iżvilupp storiku tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù fil-Knisja Kattolika u l-importanza tagħha fil-ħajja spiritwali. Wara inqraw riflessjonijiet u talb minn Il-Mansjonijiet, ktieb miktub minn San Ġorġ Preca. F’dan il-ktieb il-Fundatur jirrifletti dwar aspetti tal-Qalb ta’ Ġesu f’episodji differenti tal-ħajja tiegħu, kif rakkuntati fl-Evanġelju. Mal-Fundatur aħna nitolbu, “Sinjur Ġesù Krisu, agħmel il-qalb tiegħi tixbaħ lil tiegħek.”