Dads and Lads hija attività speċjali maħsuba biex isaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-missirijiet u l-ulied filwaqt li ssostni il-ħbiberiji fil-komunità tal-qasam.
Mill-4 sas-6 ta’ Lulju 2025, grupp mill-qasam ta’ Adelaide ivvjaġġa 130km fil-majjistral ta’ Adelaide, lejn Price, raħal żgħir fil-peniżola ta’ Yorke fl-Awstralja t’Isfel. Matul il-weekend, il-parteċipanti qasmu stejjer, irriflettew fuq l-esperjenzi tal-ħajja tagħhom, u komplew jirriflettu dwar it-tifsira tagħhom ta’ komunità u fidi.
Żewġ mumenti ewlenin tal-attvita kienu il-vjaġġ ta’ 100km lejn St Columba’s Church biex jattendu l-Quddiesa tas-Sibt filgħaxija, u nofstanhar divertenti ta’ sajd għall-klamari, li aktar tard permezz tiegħu kulħadd kiel platt għaġin delizjuż.

