St Michael School laqgħet lill-edukaturi kollha għas-sena skolastika l-ġdida il-Ħamis 18 ta’ Settembru 2025. Fl-ewwel ġurnata, l-edukaturi u l-membri kollha tal-istaff ħadu sehem f’Quddiesa ċċelebrata minn Fr Carl-Mario Sultana u wara s-Superjur Ġenerali wassal il-messaġġ tiegħu. Huwa emfasizza kemm l-iskola hija post fejn fiha jista’ jsir ħafna ġid mhux biss għall-istudenti, imma wkoll għall-familji tagħhom u għall-edukaturi nfushom. Is-Superjur Ġenerali saħaq ukoll fuq ir-responsabbiltà li l-edukaturi għandhom mhux biss fejn jidħol it-tagħlim formali iżda wkoll il-formazzjoni fil-karattur u l-valur li joħorġu mill-Evanġelju u mill-ethos tal-iskola.
Wara l-edukaturi komplew bil-laqgħat tagħhom u bit-tħejjijiet biex jilqgħu lill-istudenti nhar it-Tnejn 22 ta’ Settembru.


