Mis-7 sad-9 ta’ Mejju 2026, il-qasam ta’ Korçë kellu tlett okkażjonijiet speċjali. Nhar il-Ħamis 7 ta’ Mejju ġiet imfakkra l-ħajja ta’ San Ġorġ Preca permezz ta’ Quddiesa fil-parrocca. Wieħed mill-membri qasam ħsieb fuq San Ġorġ Preca ma’ dawk preżenti. Wara l-Quddiesa kien hemm nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija, li matul dan il-mument ta’ talb, intlabet it-talba tal-Quotidie miktuba minn San Ġorġ Preca.
Imbagħad nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju, ġiet organizzata Jum il-Premjazzjoni fi Preca College, ċelebrazzjoni tat-talenti tal-istudenti tal-istess kulleġġ. Il-genituri u diversi personalitajiet tal-belt ta’ Korçë, fosthom is-sindku Sotiraq Filo, kienu preżenti. Il-motto magħżul mill-istudenti tradott bl-Ingliz kien Go with trust towards your dream! Id-diskors tal-ftuħ sar mis-Superjur Charlie Camilleri. Il-premjijiet tqassmu mill-mistednin distinti, li huma wkoll qasmu messaġġ ta’ inkuraggiment u rikonoxxenza.
Nhar id-9 ta’ Mejju, l-Amministratura tan-Nofsinhar tal-Albanija ċċelebrat l-Amministratur Apostoliku l-ġdid, Patri Flavio Cavallini ofm, li kien maħtur mill-Papa Ljun IV nhar il-25 ta’ Apġril 2026. Il-membri kien preżenti għall-Quddiesa tal-bidu tal-ħidma tiegħu li saret f’Lushnjë.


