Nhar is-Sibt 20 ta’ Diċembru 2025, il-fergħa tal-koperaturi organizzat attività tal-Milied li tiġi organizzata kull sena għall-membri tagħha flimkien mal-familjari tagħhom. L-attività saret fl-Iskola St Michael u bdiet b’quddiesa fil-kappella tal-iskola iċċelebrata minn Fr Hector Scerri u animata bil-kant u l-mużika tal-Milied.
Wara l-quddiesa, is-Superjur Ġenerali, li kien preżenti għal din l-attività, qasam il-messaġġ tiegħu mal-koperaturi u l-familjari tagħhom. Huwa ħeġġiġhom biex ikomplu jitolbu għal aktar vokazzjonijiet fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija u biex jirringrazzaw lil Alla għall-grazzja kbira li fil-ġranet li ġejjin, ħames żgħażagħ se jsiru membri. Is-Superjur Ġenerali ħeġġeġ ukoll biex ikompli jitolbu għas-Soċjetà biex ikompli jsir il-ġid permezz tagħha.
Wara l-parti formali, kulħadd inġabar fis-sala tal-iskola għal ħin soċjali flimkien f’atmosfera sabiħa ta’ ħbiberija u ta’ ferħ.
Il-fergħa tal-koperaturi tas-Soċjetà tilqa’ fiha rġiel miżżewġa li kienu membri fis-Soċjetà u li jixtiequ jkomplu jgħixu l-ispiritwalità Museumina fil-familja tagħhom. Min jixtieq jingħaqad mal-fergħa tal-koperaturi huwa mħeġġeġ jikkuntattja lil Gaetan Cilia, Superjur tal-Fergħa fuq dawn in-numri: 21494800/79494807 jew inkella lil Paul Borg, Assistent Superjur fuq in-numri: 21487617/99847330. Tista’ ssegwi l-paġna ta’ Facebook tal-Fergħa tal-Koperaturi ta’ Malta.

