Il-Ħadd 15 ta’ Frar 2026, il-membri tal-grupp SDC Friends li jiffurmaw parti mill-Grupp tal-Bibbja tal-qasam ta’ Upper Norwood, flimkien mas-Superjur John Camilleri u s-Superjur Ġenerali Roberto Zammit, inġabru għal attivita’ ta’ ġurnata flimkien.
Il-ġurnata bdiet biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fil-parroċċa ta’ San Ġwann Battista f’Purley. Wara, fil-Kunvent tal-Klarissi, il-membri ħadu sehem f’irtir bit-tema San Franġisk ta’ Assisi u l-Ferħ Perfett. Matul il-ġurnata, il-grupp żar ukoll il-Katidral ta’ Arundel u aktar tard qatta’ ftit ħin f’Billingshurst.
Din kienet esperjenza li ħalliet il-ġid fost dawk li attendew u offriet opportunità sabiħa biex wieħed jikber fil-fidi kif ukoll fil-ħbiberija mal-kumplament tal-grupp.


