Annual Reflection Weekend (AWS)
13 July, 2025
Fi tmiem il-ġimgħa bejn l-4 u s-7 ta’ Lulju 2025, f’temp kiesaħ u xitwi, ġie organizzat l-Annual Reflection Weekend għad-Delegazzjoni tal-Awstralja. Din is-sena, din l-attività saret f’Adelaide The Monastery, Urrbrae.
Il-kelliem ewlieni, is-saċerdot Passjonista Fr Justin Durai Raj, minn Hobart, iffoka fuq it-tema “Humility: Way to God’s Heart; Our True Abode”.
Membri tas-Soċjetà mill-istati kollha, Assoċjati minn Adelaide, u żgħażagħ kemm minn Adelaide kif ukoll minn Melbourne, ħadu sehem fis-sessjonijiet mogħtija minn Fr Justin, li kienu tant ta’ ispirazzjoni u inkoraġġiment.