Il-membri tad-Delegazzjoni tal-Awstralja, flimkien mal-assoċjati u ż-żgħażagħ involuti fil-katekeżi, inġabru f’The Monastery, dar tal-irtiri mmexxija mill-Passjonisti f’Adelaide, South Australia, mit-3 sas-6 ta’ Lulju 2026 għall-Annual Reflection Weekend 2026. Din is-sena s-sessjonjiet tmexxew mis-Segretarju Ġenerali, li bħalissa qed iżur il-qasam ta’ Adelaide flimkien ma’ żewġ membri Maltin oħra.
It-tema tal-irtir kienet Behold, Stand, Go Forth. Dawk preżenti kienu mistiedna jirriflettu fuq dawn it-tliet attitudnijiet tad-dixxiplu ta’ Ġesù permezz ta’ tliet mumenti mill-ħajja ta’ ommu Marija: it-Tħabbira tal-Anġlu, iż-Żjara ta’ Marija lil Eliżabetta, u Marija taħt is-Salib.
Dawn ir-riflessjonijiet għenu lill-parteċipanti jikkontemplaw lil Kristu permezz ta’ Marija.


