18-il Anniversarju mill-Kanonizazzjoni (Durrës)
04 June, 2025
Nhar it-Tlieta, 3 ta’ Ġunju 2025, fl-okkażjoni tat-18-il sena mill-kanonizzazzjoni tal-Fundatur San Ġorġ Preca, il-membri mill-qasam ta’ Durrës inġabru flimkien mal-komunità Kattolika biex jirringrazzjaw lil Alla għall-ħajja ta’ San Ġorġ Preca. Iċ-ċelebrazzjoni kienet tinkludi bijografija tal-Fundatur, informazzjoni dwar il-ħajja Museumina u l-ħidma tas-Soċjetà, u adorazzjoni Ewkaristika animata b’talb miktub mill-Fundatur stess. Wara, l-membri qasmu xi ħaġa tajba ma’ dawk preżenti. Dawk li attendew esprimew sens ta’ apprezzament u gratitudni għall-ħajja ta’ San Ġorġ Preca u għall-kariżma tal-vokazzjoni Museumina.