Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju 2026, is-Soċjetà fakkret il-140 anniversarju mit-twelid tal-Qaddej ta’ Alla Eugenio Borg, l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà.
Filgħaxija, saret siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża, fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ Eugenio Borg. Qabel l-adorazzjoni, il-membru tal-SDC Joseph Fenech ta tagħrif qasir dwar il-ħajja tal-Qaddej ta’ Alla. Warali s-Sagrament kien espost, huwa mexxa l-adorazzjoni permezz ta’ talb mill-pinna ta’ San Ġorġ Preca, kif ukoll permezz tar-Rużarju Mqaddes ispirat mill-ħajja ta’ Ewġenju Borg.
Wara, Patri Daniel Galea O. Carm. iċċelebra l-Quddiesa. Matul iċ-ċelebrazzjoni, is-Segretarju Ġenerali għamel omelija dwar it-tagħlim ta’ Eugenio Borg dwar il-fidi. Fi tmiem il-Quddiesa, intalbet it-talba lil Alla permezz tal-interċessjoni ta’ Ewġenju Borg.
Kulħadd huwa mħeġġeġ jitlob permezz tal-interċessjoni tal-Qaddej ta’ Alla Eugenio Borg u min jaqla xi grazzja mitlub jinforma lis-Soċjetà.


