L-ISKOLA TA’ BETLEM
”L-iktar għeżież, ejjew nieqfu bil-ħsieb tagħna quddiem l-Imgħallem Divin tagħna, imwieled tarbija, u nieħdu minnu t-tagħlim tal-ħajja eterna.” Din hi l-istedina li San Ġorġ Preca jagħmlilna f’kull Milied. Fil-kitbiet tiegħu huwa joħodna f’żewġt ibliet fl-art fejn għex Ġesu’ - Ġerusalemm u Betlem, xi sitt mili ‘l bogħod minn xulxin, b’waqtiet estremi fil-ħajja ta’ Ġesu’, it-twelid u l-mewt. Il-ħsieb ta’ Dun Ġorġ, fiż-żewġ kitbiet tiegħu hi li nieħdu minn Ġesu’ t-tagħlim tal-ħajja għax iż-żewġ waqtiet iqishom bħala skola.
Il-Ktieb il-Kbir, il-Kurċifiss, fejn jgħinna nirriflettu fuq 50 suġġett b’tagħlim, valuri u pariri. F’kull paġna jistedinna hekk: L-iktar għeżież, noqogħdu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Ġesu’ Msallab ħdejn Marija Santissima Ommu, u nieħdu minnu tagħlim tal-ħajja eterna. F’kull paġna nibdew b’espressjoni ta’ tifħir u nindirizzaw lil Ġesu’: “Kristu Sultan Imsallab”, u fil-ħin li nbaxxu rasna b’sinjal ta’ qima, ngħidu: ”Ejjew naduraw”.
Hemm l-aspett ta’ ”inħarsu lejn... ” ”L-iktar għeżież, itfgħu għajnejkom fuq l-Imgħallem Divin tagħkom u aqraw:... u jsemmi s-suġġett, ngħidu aħna l-ħniena ta’ Alla, il-gratitudni, il-providenza... Ġesu’, fiż-żewġ truf tal-ħajja tiegħu, fit-twelid u fil-mewt, li huma waqtiet kbar fil-misteru tal-Inkarnazzjoni, huwa skola, qiegħed fuq il-katedra ta’ għalliem, għalliem per eċċellenza. Bħall-kurċifiss, il-Ktieb il-Kbir, il-grotta ta’ Betlem ukoll hi skola; għalhekk il-ktejjeb, ta’ 14-il paġna, li Dun Ġorġ semmieh l-Iskola ta’ Betlem.
F’kull paġna jistedinna biex inħarsu lejn Ġesu’ Tarbija, b’din it-tislima: ”Kristu mwieled għalina.” U t-tweġiba tagħna: ”Ejjew naduraw”. Hawn ukoll kulħadd jagħmel inkin profond u nisimgħu paragrafu fejn nitgħallmu mill-“Imgħallem Divin tagħna“ pariri ta’ ġid. Kemm hu ħin sabiħ fil-jiem tan-Novena meta noqogħdu madwar Tarbija għadha titwieled u li hi skola partikulari. Is-suġġetti jgħinuna biex ngħaddu mill-iktar eżami importanti ta’ ħajjitna. Kull wieħed minna jrid jgħaddi minn dan l-eżami, u għalhekk l-iskola ta’ Ġesu’, l-Iskola ta’ Betlem hi ta’ għajn ta’ ġid.
Nieħdu suġġett minnhom, il-faqar. Kelma stramba llum! Hemm faqar,... u faqar. Hemm il-faqar ta’ dawk li jittallbu għall-ħobża ta’ kuljum, li jixtiequ jilbsu ta’ nies, li jixxenqu għal edukazzjoni xierqa. Dan hu faqar li li jbaxxi lill-bniedem. U hemm faqar ieħor,... ta’ dawk li għażIuh minn jeddhom. Fl-Iskola ta’ Betlem, Dun Ġorġ isemmi x’jgħid Ġesu’: “Imberkin iI-foqra f’qalbhom, għax tagħhom hi s-Saltna tas-Smewwiet.” Ninduaw li hemm faqar li jista’ jkun tagħna wkoll, faqar li jista’ jkun ta’ valur kbir għalina.
Dun Ġorġ ifakkarna li ”Kristu twieled fqir, għex tqir u miet tqir. Għallem il-faqar bħala skop ta’ kull qadi. Min jaqdi jrid ikollu spirtu ta’ faqar. ll-veru fqir min hu mifrud minn kull ma għandu, jibqa’ kwiet fit-telf u fil-kotor u lest biex jarmi kollox jekk jeħtieġ għall-unur t’AlIa. Jippossjedi kollox min ma jippossjedi xejn, mistrieħ til-providenza ta’ Alla, li jitma’ t-tajr u jlibbes il-ġilji. Sa’ minn twelidu, Ġesu’ ma ried li jkollu l-ebda obbligu mad-dinja. Fil-faqar tiegħu, it-tarbija ta’ Betlem igawdi liberta’ liema bħalha. Mill-maxtura jgħallimna liema hu l-faqar li jagħmilna ħielsa.
Ma morniex f’din ’l-iskola’ biex ngħaddu ftit ħin u kollox itir mar-riħ. Iridu noħorġu b’deċiżjoni fuq dak li smajna. Għax aħna wkoll nidħlu f’din l-istorja tal-faqar. Għandna r-rabtiet tagħna. Oġġetti li nżommu b’idejna magħfusa, persuni għal qalbna żżejjed, opinjonijiet u ideat li ma jmurx xi ħadd imerina fuqhom, il-laptop bl-internett li lanqas il-vaganzi ma jifiduna minnu. Għalhekk f’kull pagna Dun Ġorġ jagħmlilna proponiment. F’dan il-każ tal-faqar il-proponiment hu li ma norbtux qalbna wisq ma’ dak li għandna. Humiex dawn kliem li jnisslu paċi f’ħajjitna, kif Dun Ġorġ, fil-ktejjeb li qed insemmu, l-Iskola ta’ Betlem, isemmi ħafna l-kant tal-anġli: “paċi fl-art lin-nies ta’ rieda tajba.“
Mela l-Iskola ta’ Betlem hi stedina biex ngħaddu ftit ħin bil-ħarsa tagħna fuq Ġesu’. Mhemmx għalfejn presepju b’ħafna karattri. Biżżejjed grotta żgħira fejn inħarsu lejn Ġesu’, Marija u Ġużeppi, u naraw x’iridu jgħidulna, illum, f’dn il-Milied, fil-waqtiet, forsi difficli li nkunu għaddejjin minnhom. U nilqghu fina l-prezenza ta’ Kristu biex l-imħabba tiegħu tgħaddi minn ġo fina fuq id-dinja. Il-metodu ta’ San Ġorġ Preca, fl-Iskola ta’ betlem jista’ jgħinna il-mod jghina biex nitolbu wkoll qabel il-festa tal-Milied. Ftit ftit insawru fina spazju ġdid għal Alla. Niftħulu l-presepju li hemm go fina. Hekk ikollna Milied ieħor qaddis fil-ħajja tagħna.
F’din l-iskola Dun Ġorġ jikkonvinci dwar min hu Ġesu’. Hu Alla li sar bniedem. Malli twieled ġie nfaxxat bil-ħrieqi u mqiegħed fil-maxtura. Kieku ma kellux ġisem reali ma kienx jista’ jkun infaxxat; lanqas San Ġużepp ma kien ikollu raġun jaħseb li Marija Santissma, l-għarusa kastissma tiegħu, saret vera omm biex għamel ħsieb li jħalliha. Veru bniedem huwa min jitwieled minn veru bniedem. Kristu, immela, huwa veru bniedem ukoll għax imnissel, min-nisel tas-Sultan David skont il-kliem tal-Arkanġlu Gabrijel: “La tibżax, o Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. Ara li inti ssir omm u jkollok iben u ssemmih Ġesu’. Dan ikun kbir u jissejjaħ l-Iben tal-Aktar Għoli, u s-Sinjur Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fid-dar ta’ Ġakobb: u tmiem ma jkollhiex is-saltna tiegħu.”
Allura nipproponu li nimtlew bil-faraġ xħin niftakru illi Kristu huwa wieħed mill-aħwa tagħna li ndaħal għalina biex isalvana.
L-Ubbidjenza,li hi tant rari. Infatti Ġesu’ Kristu twieled taħt l-okkażjoni tal-ubbidjenza billi Ġużeppi u Marija, it-tnejn ubbidjenti għall-editt tal-Imperatur `esare Awgustu, li kien ordna li s-sudditi kollha tiegħu jinkitbu kull wieħed f’dak il-lok li minnu kien in-nisel tiegħu, kienu niżlu f’Betlem għax kienu min-nisel tas-Sultan David. Alla bagħat fid-dinja l-Iben Uniġenitu tiegħu biex imut għall-fidwa tal-bnedmin, u l-ubbidjenza libbsitu l-laħam tal-bnedmin u qegħditu seftur ta’ ħutu. Fi twelidu l-anġli ppriedkaw li l-bnedmin jekk ma jimitawx fl-ubbidjenza lil dan l-Imgħallem Divin tagħhom ma għandhomx għaliex jistennew f’qalbhom il-vera pa`i: “Glorja ’l Alla fl-ogħli tas-smewwiet u pa`i fl-art għall-bnedmin ta’ rieda tajba.” Min jista’ jkollu rieda tajba jekk din ma tkunx sottomessa għar-rieda ta’ Alla li essenzjalment Huwa waħdu tassew tajjeb?
Nipproponu illi niftakru spiss li aħna maħluqin għal dan il-fini: biex nagħrfu, inħobbu u nservu ’l Alla, u b’hekk insalvaw ruħna.
Il-providenza ta’ Alla.Infatti Ġesu’ Kristu huwa l-mezz uniku li Alla ipprokura lilna bnedmin għal dan il-fini tas-salvazzjoni eterna tagħna: deher fostna Salvatur, kif ukoll stqarrew l-anġli fi twelidu: “Għaliex twieled illum lilkom is-Salvatur li hu Kristu Mulej, fil-belt ta’ David.” Min ma jarax il-vera premura u l-vera kura li għandu Alla biex isalvana mit-telfien xħin jibgħat fid-dinja ’l-Iben waħdieni tiegħu sabiex permezz tiegħu l-bniedem jasal fil-fini li għalih ġie maħluq, jiġifieri biex dan jagħraf, iħobb u jservi ’l Alla u b’hekk isalva ruħu? U jsemmi ezempji mill-Evangelju:
-
“Jekk Alla jieħu ħsieb it-tajr tal-ajru u l-ġilji tal-għalqa, kemm iżjed immela jieħu ħsieb tagħkom, nies ta’ fidi żgħira?
-
“Għasfur ta’ sitt ħabbiet m’huwiex minsi quddiem Alla, u l-anqas ma jaqa’ fl-art mingħajr il-Missier tagħhom tas-sema.”
Nipproponu li nistrieħu għal kollox fuq il-ħdan ta’ Alla li kollox jidderieġi u jiggoverna għar-rieda mqaddsa tiegħu.