{

“Il-bniedem modern jisma’ iżjed bil-qalb lix-xhieda milli lill-għalliema, u jekk jisma’ lill-għalliema, dan jagħmlu għaliex huma xhieda”.  Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi

}
Ċelebrazzjoni tal-Kapitlu Ġenerali 2021

Ċelebrazzjoni tal-Kapitlu Ġenerali 2021

Is-Soċjetà ċċelebrat is-Sitt Kapitlu Ġenerali tagħha mit-2 sat-8 ta’ April f’Dar il-Ħanin Samaritan. Tletin Delegat, mill-pajjiżi differenti fejn is-Soċjetà twettaq l-appostolat, inġabru flimkien u ddiskutew id-direzzjoni li s-Soċjetà għandha tieħu għas-sitt snin li ġejjin. Natalino Camilleri, li kien Superjur Ġenerali għal dawn l-aħħar tnax-il sena, ippresieda l-Kapitlu.

Il-Kapitlu eleġġa lil Roberto Zammit bħala l-ħames Superjur Ġenerali tas-Soċjetà lil Philip Bezzina, Joseph Gauci u Ruben Pace bħala membri tal-Korp Eżekuttiv Ġenerali.

Eventwalment, Ruben Pace intgħażel bħala s-Segretarju Ġenerali u Philip Bezzina bħala l-Ekonomu Ġenerali.

Sehem fis-CYM u l-Vision Academy Programme 2021

Sehem fis-CYM u l-Vision Academy Programme 2021

Erba’ membri u 22 kandidat minn Malta ħadu sehem fil-Vision Academy Programme organizzat mill-McGrath Institute for Church Life fi ħdan il-University of Notre Dame (Indiana, fl-Istati Uniti). It-tema ta’ dan il-programm ta’ ħmistax kienet ‘Fit-Triq lejn Emmaus’, skont l-evanġelju ta’ San Luqa.

L-organizzaturi ħolqu programm speċifikament għall-Kandidati. Il-programm kellu erba’ taqsimiet- il-Mużika, ix-Xhieda, l-Iskrittura u l-Arti. Il-Kandidati kienu jitqassmu kuljum, fi gruppi u jiddiskutu tema speċifika fit-taqsima li għażlu.

Il-membri segwew programm differenti immirat għall-Youth Ministers. Fost l-oħrajn, il-programm inkluda diskussjonijiet dwar il-Liturġija, il-Kultura, ix-Xjenza u r-Reliġjon u l-Arti.

Dedikazzjoni tal-iskultura tal-Madonna tal-Verbum Dei fi Preca Cottage (Stati Uniti)

Dedikazzjoni tal-iskultura tal-Madonna tal-Verbum Dei fi Preca Cottage (Stati Uniti)

Kopja tal-istatwa ta’ ‘Marija, Tron tal-Għerf’ skolpita minn Ade Bethune tpoġġiet fil-ġnien ta’ Preca Cottage (IN, Stati Uniti). Ġesù muri bħala tifel ċkejken bil-qiegħda f’ħoġor ommu, jipponta lejn il-ktieb tal-Bibbja miftuħ li fuqu hemm minqux il-kliem tant għeżież: Verbum Dei caro factum est. L-istatwa tpoġġiet f’niċċa taċ-ċedru maħduma minn Drew Neeser.

Kemm il-mistednin kif ukoll nies li jkunu għaddejjin mill-inħawi jistgħu jidħlu f’din il-parti tal-ġnien ta’ Preca Cottage għal ħin ta’ talb u riflessjoni.

Dun Wilson Miscamble C.S.C., mill-Università ta’ Notre Dame, ippresieda ċ-ċerimonja tat-tberik li saret fl-24 ta’ Ġunju 2021.

Pubblikazzjoni: bijografija tal-Fundatur

Pubblikazzjoni: bijografija tal-Fundatur

Pubblikazzjoni Preca, id-dar ta’ publikazzjoni tas-Soċjetà, ippublikat il-ktieb San Ġorġ Preca, ħaj bħal qatt qabel miktub mill-membru Ġorġ Borg. Din il-bijografija tal-Fundatur hi msejsa fuq iktar minn 350 anedott miġbura mill-awtur permezz ta’ numru kbir ta’ intervisti u riċerka bir-reqqa. Il-ktieb kien ippubblikat fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mill-beatifikazzjoni tal-Fundatur.


Username:  
Password:
  Cancel