{

“Il-bniedem modern jisma’ iżjed bil-qalb lix-xhieda milli lill-għalliema, u jekk jisma’ lill-għalliema, dan jagħmlu għaliex huma xhieda”.  Pawlu VI, Evangelii Nuntiandi

}
Ħin ta’ skiet u riflessjoni fiċ-Ċentru għall-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan

Ħin ta’ skiet u riflessjoni fiċ-Ċentru għall-Konferenzi f’Dar il-Ħanin Samaritan

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, bejn il-5.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija, membri tas-Soċjetà kif ukoll il-pubbliku nġenerali kellhom l-opportunità li jagħmlu użu minn numru ta’ stazzjonijiet ta’ talb imqassmin f’sitt lokalitajiet differenti tal-ġnien. Min ġie kellu l-ħin li jirrifletti, jitlob u jimmedita il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu fl-ambjent seren u trankwill fil-ġnien Oasi ta’ Paċi.
WIRJA TA’ STATWI TA’ SAN ĠORĠ PRECA

WIRJA TA’ STATWI TA’ SAN ĠORĠ PRECA

Fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mill-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca, l-Għaqda Armar fil-Parroċċa San Gejtanu l-Ħamrun tellgħet wirja ta’ statwi u pitturi of the Founder. Il-wirja saret bejn it-28 u d-29 ta’ Ottubru, fl-Oratorju anness mal-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu. Fil-wirja wieħed seta’ jara wkoll kollezzjoni ta’ kitbiet tal-Fundatur.

LAQGĦA MAL-ISQOF GIOVANNIE PERAGINE (ALBANIJA)

LAQGĦA MAL-ISQOF GIOVANNIE PERAGINE (ALBANIJA)

Nhar it-Tlieta 3 ta’ Ottubru, l-E.T. l-Isqof Giovanni Peragine, Amministratur Appostoliku tad-Djoċesi tan-Nofsinhar tal-Albanija, iltaqa’ maż-żgħażagh tal-Parroċċi Kattoliċi f’Korçë u Bilisht. Il-laqgħa saret fi Preca College f’Korçë. L-Isqof Peragine tkellem kif Alla, li jaf lil kull persuna b’isimha, ta lil kulħadd missjoni partikolari. Għalhekk huwa d-dmir ta’ kull individwu li jiskopri x’inhi l-missjoni tiegħu u jwettaqha bil-ferħ.

ĦARĠA GĦALL-PRECA FAMILIES (AWSTRALJA)

ĦARĠA GĦALL-PRECA FAMILIES (AWSTRALJA)

Il-membri fil-Qasam ta’ Brompton f’South Australia organizzaw ħarġa għall-membri tal-Preca Family grupp nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru fil-Morialta Conservation Park f’Adelaide Hills. Il-missirijiet ħejjew BBQ waqt li l-ommijiet qassmu l-ikel li ħejjew id-dar. Il-membri organizzaw mixjiet u logħob għal gruppi differenti. F’din l-attività ħadu sehem madwar 60 persuna.


Username:  
Password:
  Cancel